Skip to main content

Taħdita pubblika: L-Evoluzzjoni tal-Presepju Naplitan

Is-Soċjetà Storika ta’ Malta tistiednek għat-taħdita pubblika

‘𝐋-𝐄𝐯𝐨𝐥𝐮𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐭𝐚𝐥-𝐏𝐫𝐞𝐬𝐞𝐩𝐣𝐮 𝐍𝐚𝐩𝐥𝐢𝐭𝐚𝐧’

minn Mons. Dr Edgar Vella

L-Erbgħa 6 ta’ Diċembru 2023, fis-6:30pm

ġewwa l-Mużew tal-Katidral tal-Imdina

 

𝐒𝐢𝐧𝐨𝐩𝐬𝐢

L-iżvilupp tal-kanoni tal-presepju Naplitan jafu l-oriġini tagħhom lill-presepju magħmul minn Pietro u Giovanni Alemanno fil-knisja ta’ San Ġovanni f’Carbonara, f’nofs is-seklu ħmistax. Sfortunatament, minn dan is-sett numeruż fadal ftit. Il-pastur ċkien fid-daqs u ġie mlibbes tessut tad-drapp. Imbagħad, fis-seklu tmintax, inħoloq il-pastore snodabile kif narawh illum.
Il-presepju Naplitan jinfirex fuq episodji narrattivi bi tliet fażijiet:
1. Il misterio
2. L’annunzio
3. Il diversorum
Il-kumpless kollu huwa ambjentat fid-dawl tal-jum, fejn il-vanġelu jerġa’ jinkiteb bid-djalett.

 

𝐈𝐥-𝐊𝐞𝐥𝐥𝐢𝐞𝐦

Mons. Dr Edgar Vella twieled l-Imġarr, u sa minn età żgħira nħatar bħala assistent tad-disinjatur tas-sett teatrali waqt il-kompetizzjonijiet teatrali li saru fl-Imġarr sittinijiet sat-tmeninijiet tas-seklu għoxrin. Huwa studja l-Istorja tal-Arti u l-Arti fil-Polytechnic bejn l-1978 u l-1980 u kien għalliem tal-Arti fis-Seminarju Minuri. Fl-1980 daħal is-Seminarju Maġġuri fejn beda l-kors li wassal għal-Liċenzjat fit-Teoloġija bejn is-snin 1985 u 1988. Fl-2012 qara għal Dottorat fil-Filosofija fl-Università ta’ Malta.

Ġie ordnat saċerdot fl-1988 u serva f’żewġ parroċċi. Huwa nħatar Assistent Kuratur tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina fl-1993 fejn organizza diversi wirjiet tematiċi li juru l-isbaħ kollezzjonijiet lokali. Waqt li kien għadu jservi fil-ħidma pastorali, fl-2001 inħatar ukoll uffiċjal responsabbli mill-inventarji tal-oġġetti storiċi u artistiċi li kienu kkonservati f’entitajiet ekkleżjastiċi Maltin. Huwa nħatar ukoll Kuratur tal-Mużew tal-Katidral fl-2005 u b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni tal-Katidral beda proġett vast ta’ rinnovar tal-mużew kollu.

Mons. Vella huwa kollezzjonist u connoisseur tal-arti u kien strumentali fl-introduzzjoni tal-Presepju Naplitan f’Malta b’sensiela ta’ wirjiet bejn l-2004 u l-lum. Huwa kiteb, fost oħrajn, ‘An Eighteenth century Neapolitan Crib in Malta’ fl-2012, u t-teżi tad-dottorat tiegħu. Huwa ppubblika wkoll diversi artikli f’pubblikazzjonijiet prestiġjużi lokali oħrajn u kien koawtur ukoll ta’ oħrajn barra minn Malta.

Huwa membru tal-bord tal-Kummissjoni għall-Wirt Kattoliku Kulturali u responsabbli għall-inventarji tal-Arċidjoċesi. Iservi wkoll bħala konsulent artistiku kemm għall-entitajiet statali kif ukoll għal dawk ekkleżjastiċi.

 

***

 

This lecture will be held in Maltese

Taħdita pubblika: L-Evoluzzjoni tal-Presepju Naplitan

Speaker: Mons. Dr Edgar Vella

December 6, 2023 @ 18:30
6:30 pm — 8:00 pm (1h 30′)

Taħdita pubblika: L-Evoluzzjoni tal-Presepju Naplitan