Skip to main content

Taħdita pubblika – Il-Muturi f’Malta: L-iżvilupp storiku u soċjali

Is-Soċjetà Storika ta’ Malta b’ kollaborazzjoni mal-Historic Motorcycle Club – Malta tistiednek għat-taħdita pubblika

Il-Muturi f’Malta: L-iżvilupp storiku u soċjali

minn Stephen Zerafa

Fid-19 ta’ April, 6:45pm, ġewwa l-kunvent tad-Dumnikani, ir-Rabat

Din l-attività hija ġentilment sponsorjata minn The Alfred Mizzi Foundation

𝗦𝗶𝗻𝗼𝗽𝘀𝗶

Għal ħafna l-mutur huwa biss forma ta’ trasport b’żewġ roti u li għalih m’għandhom l-ebda interess partikulari. Għal oħrajn, madankollu, il-mutur huwa passatemp li jinvolvi delizzju u passjoni.
F’din it-taħdita sa mmorru lil hinn minn dan kollu biex nagħtu ħarsa fil-fond lejn l-iżvilupp storiku u soċjali tal-mutur f’pajjiżna. Analiżi tad-dokumenti miżmuma fl-Arkivji Nazzjonali ġewwa Santu Spirtu, ir-Rabat, li jirreferu għall-muturi, l-awtoċikli, u l-iskuters, jixħtu dawl interessanti u affaxxinanti fuq diversi aspetti tal-iżvilupp ta’ dawn il-mezzi ta’ trasport f’Malta.
Matul din it-taħdita sa nkunu introdotti għal numru ta’ dokumenti bħal: sejħiet għal offerti, rapporti tal-pulizija, dikjarazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, talbiet għal permessi, ilmenti, u aktar. B’dan il-mod se nifhmu aħjar aspetti relatati mat-trasport u t-triq f’Malta matul is-snin.

𝗜𝗹-𝗸𝗲𝗹𝗹𝗶𝗲𝗺 𝘂 𝗹-𝗛𝗶𝘀𝘁𝗼𝗿𝗶𝗰 𝗠𝗼𝘁𝗼𝗿𝗰𝘆𝗰𝗹𝗲 𝗖𝗹𝘂𝗯

Stephen Zerafa huwa l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Historic Motorcycle Club – Malta u huwa attiv fil-kumitat tal-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki. Stephen għandu kollezzjoni ta’ diversi muturi antiki, jagħmel xogħol ta’ restawr, u jħobb jikteb artikli tekniċi dwar vetturi storiċi.

Il-passjoni ta’ Stephen lejn il-muturi wasslitu biex ikompli jfittex aktar dwar l-muturi f’pajjiżna minn dokumenti li jinsabu fl-Arkivji Nazzjonali, għaliex ħass li kellhom is-sehem tagħhom fl-istorja riċenti ta’ Malta, u kienu parti mill-iżvilupp tas-soċjetà’ tagħna.

Il-Historic Motorcycle Club ilu mwaqqaf 35 sena u l-għan hu li jippromwovi l-preservazzjoni u jikkommemora l-muturi ta’ qabel l-1986.

Barra minn attivitajiet soċjali, il-klabb jgħin lill-membri billi jipprovdi informazzjoni teknika u riċerka sabiex dawn ikunu jistgħu jirrestawraw il-vetturi tagħhom.

L-għaqda għandha madwar 70 membru li bejniethom jippossjedu madwar 400 mutur.

***
This lecture will be held in Maltese

 

Taħdita pubblika – Il-Muturi f’Malta: L-iżvilupp storiku u soċjali

Speaker: Stephen Mizzi

April 19, 2024 @ 18:45
6:45 pm — 8:15 pm (1h 30′)

Taħdita pubblika – Il-Muturi f’Malta: L-iżvilupp storiku u soċjali