Skip to main content

Il-Presepju Mekkaniku taż-Żejtun

𝐈𝐥-𝐏𝐫𝐞𝐬𝐞𝐩𝐣𝐮 𝐌𝐞𝐤𝐤𝐚𝐧𝐢𝐤𝐮

Taħdita u żjara organizzata mis-Soċjetà Storika ta’ Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Wirt Iż-Żejtun

10am, 3 ta’ Diċembru 2022,

Istitut Ġesù Nazzarenu,

Ċentru Maria Ġużeppina Curmi,

Triq l-Isqof Emmanuel Galea,

Żejtun

 L-attività qed tiġi sponsorjata minn The Alfred Mizzi Foundation

𝐒𝐢𝐧𝐨𝐩𝐬𝐢

 

Ftit xhur wara t-tmiem tat-tieni gwerra dinjija sewwa sew fl-1946, l-Isqof Emmanuel Galea li kien direttur tal-Istitut u orfanatrofju, Ġesù Nazzarenu ġewwa ż-Żejtun, ġietu l-idea oriġinali li jibni prespeju kbir u mekkaniku. Dan il-presepju nbena fl-1947 u nfetaħ fil-Milied tal-istess sena wara ħafna xogħol ta’ reqqa mill-istess Isqof Galea. Hu afda x-xogħol mekkaniku lin-neputi tiegħu Paul Pavia li b’dedikazzjoni u ħila kbira dam xhur sħaħ jaħdem fuqu. Is-sorijiet ukoll ħadu sehem kbir fih billi fasslu u libbsu kull pastur li hemm ġewwa l-presepju. Ix-xogħol fuq dan il-presepju kompla għaddej għal diversi snin, sakemm ħa l-forma għal dik kif qed narawh illum. It-taħdita ser tinkludi presentazzjoni fuq l-istorja tal-presepju kif ukoll dwar l-Istitut. Wara t-taħdita dawk kollha preżenti ser ikollhom l-opportunità li jżuru dan il-presepju mekkaniku.

 

𝐊𝐞𝐥𝐥𝐢𝐞𝐦𝐚

 

Joseph Pavia huwa l-kuratur ta’ dan il-presepju mekkaniku, wara li ħa dan l-inkarigu miz-ziju tiegħu, Paul Pavia.

Ruben Abela huwa perit u president tal-għaqda Wirt iż-Żejtun.

 

***

 

𝐓𝐡𝐞 𝐌𝐞𝐜𝐡𝐚𝐧𝐢𝐜𝐚𝐥 𝐂𝐡𝐫𝐢𝐬𝐭𝐦𝐚𝐬 𝐂𝐫𝐢𝐛

MHS Site visit and lecture,

In collaboration with the NGO Wirt iż-Żejtun

10am, Saturday 3rd December 2022

Jesus of Nazareth Institute,

Maria Ġuzeppina Curmi Centre,

Triq l-Isqof Emmanuel Galea

Żejtun

The event is sponsored by The Alfred Mizzi Foundation

𝐒𝐲𝐧𝐨𝐩𝐬𝐢𝐬

In 1946, soon after the end of the second world war, Bishop Emmanuel Galea was the director of the Orphanage at the Ġesù Nazzarenu Institute in Żejtun. He had the original idea of building a large mechanical Christmas crib, with moving parts. He approached the project meticulously, and entrusted the mechanical work to his nephew, Paul Pavia. The nuns of the orphanage contributed with preparing the textiles needed for clothing the figures in the crib. Paul applied great skill and dedication, working on building the crib over several months. By Christmas 1946, the crib was ready and opened to the public. In later years, the crib continued to grow with different parts, until it took the form seen today. The site lecture will include a presentation on the history of the crib as well as the history of the institute. After the lecture those attending will have the opportunity to visit this mechanical Christmas crib.

 

𝐓𝐡𝐞 𝐬𝐩𝐞𝐚𝐤𝐞𝐫𝐬

Joseph Pavia is the present curator of the mechanical Christmas crib, seeing to its maintenance and restoration, a role he took over from his uncle the late Paul Pavia.

Ruben Abela is an architect and president of the NGO Wirt iż-Żejtun.

 

The talks will be in Maltese

Il-Presepju Mekkaniku taż-Żejtun

Speaker: Mr Joseph Pavia & Mr Ruben Abela

December 3, 2022 @ 10:00
10:00 am — 11:00 am (1h)

Il-Presepju Mekkaniku taż-Żejtun