Skip to main content

Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20

Is-Soċjetà Storika ta’ Malta tistiednek għat-taħdita pubblika

Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20

minn Janice Caruana

L-Erbgħa 27 ta’ Settembru 2023, fis-6:30pm

ġewwa l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, Triq l-Isptar, Rabat

L-attività hija ġentilment sponsorjata minn The Alfred Mizzi Foundation 

Sinopsi

F’din it-taħdita ser insiru nafu l-majjistra mill-qrib kemm bħala professjonista, kif ukoll bħala persuna umana b’irwoli differenti. Ser nisimgħu b’mod dirett rakkonti ta’ ġrajjiet li kienu jiġru waqt ix-xogħol u flimkien ser naraw x’kien ikun hemm fil-bagalja tal-majjistra.

Kurżitajiet li sa niddiskutu:

  • Minn xiex kienu jgħaddu l-majjistri sakemm jilħqu u sabiex xogħolhom jagħmluh bl-akbar professjonalità meta tqis li r-riżorsi biex jagħmlu dan kienu limitati ħafna?
  • X’kien jiġri fiż-żmien ta’ gwerra?
  • Li mhux kull twelid kien jispiċċa ward u żahar u, ġieli kien isir twelid bil-moħbi? X’kien isir mit-tarbija?
  • X’kienu jagħmlu l-majjistri meta l-omm kienet tkun bl-uġigħ u f’diffikultajiet oħra?
  • Min kienu l-majjistri ta’ Strada Stretta?

Kelliema

Janice Caruana hija infermiera u bħalissa qed taħdem ġewwa klinika tal-gvern fil-Gżira. Għal numru ta’ snin Janice ħadmet fil-qasam tal-emerġenza u l-ambulanza.

Janice ggradwat b’post-grad fil-psikoterapija sistematika u din is-sena ser tkompli l-istudji tagħha fil-livell ta’ Master’s.

Matul il-karriera tagħha, kien hemm mumenti fejn Janice għenet ommijiet waqt il-ħlas u dan ħajjarha biex tibda tirriċerka fuq kif kien isir it-twelid fl-imgħoddi.

Wara sitt snin ta’ riċerka, fl-2020 ippubblikat il-ktieb bit-titlu ‘Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20’ taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Dr George Vella.

Janice Caruana hija waħda mir-rebbieħa tal-konkors letterarju ‘Kelmtejn mill-Popolin’ konkors organizzat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun b’kollaborazzjoni mal-Malta Unesco Youth Association (MUYA). Fl-2023 Janice rebħet ukoll l-unur tal-aqwa poeżija f’Ġieħ iż-Żejtun.

 

***

 

The Malta Historical Society invites you to attend the public lecture

The midwife and births in the Maltese community during the 20th century

by Janice Caruana

This lecture will be given in Maltese

on Wednesday 27 September 2023 at 6:30pm

at the National Archives of Malta, Triq l-Isptar, Rabat

The event is kindly sponsored by The Alfred Mizzi Foundation

 

Synopsis

In this lecture we will come to know the midwife more closely both in her profession and also as a person with different roles. We will hear accounts of events that happened during the work of the midwife and together we will see what the midwife’s bag used to contain.

Curious facts to be discussed:

What did they go through until they became midwives and so that they could do their work with the greatest professionalism given that the resources were very limited?

What happened during the war?

What happened when a birth did not end well, and were there any secret births? What happened to the baby?

Who were the midwives of Strada Stretta?

What did the midwives do when the mother was in pain and in other difficulties?

 

Speaker

Janice Caruana is a nurse and is currently working at a government clinic in Gżira. For several years Janice worked in the emergency and ambulance sector.

Janice graduated with a post-graduate degree in systematic psychotherapy and this year she will continue her studies at Master’s level.

During her career, there were moments when Janice assisted mothers during childbirth, and this encouraged her to start researching on how the process of birth was conducted in the past.

After six years of research, in 2020 she published the book entitled ‘Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20’ under the patronage of the President of Malta Dr George Vella.

Janice Caruana is one of the winners of the literary contest  “Kelmtejn mill-Popolin” organised by the Żejtun Local Council in collaboration with the Malta Unesco Youth Association (MUYA). In 2023 Janice also won the best poetry award for Ġieħ iż-Żejtun.

 

 

Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20

Speaker: Janice Caruana

September 27, 2023 @ 18:30
6:30 pm — 8:00 pm (1h 30′)

Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu 20