Skip to main content

Il-festa Maltija: l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien

Is-Soċjetà Storika ta’ Malta tistiednek għat-taħdita pubblika

Il-festa Maltija: l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien

mill-Prof. George Cassar

Fl-4 ta’ Mejju 10:15am,
ġewwa l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun, 5 Pjazza Kappillan Muscat, il-Ħamrun

Din l-attività hija ġentilment sponsorjata minn The Alfred Mizzi Foundation

Sinopsi

Jekk hemm okkażjoni li kull Malti u Maltija jħoss li huma parti mill-wirt kulturali tagħhom, din żgur hi l-festa li tkun iċċelebrata annwalment fl-ibliet u l-irħula tal-Gżejjer Maltin. Mistoqsijiet li nistgħu nesploraw dwar dan is-suġġett li kultant jaqla’ wkoll xi kontroversji, jinkludu: X’inhi festa Maltija? Kif żviluppat għal dak li naraw illum? X’jagħmel il-festa tagħna dik li hi? Fejn sejra l-festa Maltija? U tant aktar. Dan kollu se jkun ppreżentat u diskuss matul din il-preżentazzjoni.

Il-kelliem:

Il-Kummendatur Professur George Cassar jagħmel parti mid-Dipartiment tal-Immaniġġjar tat-Turiżmu fil-Fakultà tal-Ekonomija, Maniġment, u Kontabilità tal-Università ta’ Malta. Għandu karriera twila fit-tagħlim u r-riċerka fl-oqsma tal-Istorja u s-Soċjoloġija; l-Edukazzjoni; il-Pedagoġija tal-Wirt Kulturali, l-Istorja u l-Istudji Soċjali; l-Istorja tat-Tagħlim tal-Istorja; l-Istudju dwar l-Ordni ta’ San Ġwann; l-Istorja u l-Kultura ta’ Malta; il-Patrimonju u l-Kultura; it-Turiżmu; u l-Kultura u s-Soċjoloġija tal-Ikel; fost oħrajn. Huwa l-awtur jew editur ta’ bosta pubblikazzjonijiet, kemm kotba u kif ukoll artikli, fuq is-suġġetti ta’ għandu interess fihom. Għandu esperjenza fil-qasam tal-proġetti kulturali Ewropej. Ingħata numru ta’ onorifiċenzi bħala rikonoxximent għall-ħidma akkademika tiegħu.

Il-Professur Cassar hu l-President tas-Soċjetà Storika ta’ Malta.

***

This lecture will be held in Maltese

 

Il-festa Maltija: l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien

Speaker: Prof. George Cassar

May 4, 2024 @ 10:15
10:15 am — 11:15 am (1h)

Il-festa Maltija: l-iżvilupp tagħha matul iż-żmien